Għal Bernard Grech il-PL għandu x-xquq għax ix-xufiera tal-Ministri ma jitkellmux  – One News

Notifiki

Għal Bernard Grech il-PL għandu x-xquq għax ix-xufiera tal-Ministri ma jitkellmux 

Waqt il-programm XTRA fuq ix-xandir nazzjonali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel kważi programm sħiħ jattakka lill-Partit Laburista.

Fl-isfond tal-firda li għadha tippersisti fil-Partit Nazzjonalista, tant li mindu Grech sar Kap irriżenjaw aktar minn tlieta fil-mija tal-Kunsilliera Nazzjonalisti mill-partit, Grech ried ipinġi storja ta’ ġlied fil-Partit Laburista.

Skont Bernard Grech, fil-Partit Laburista hemm ix-xquq għax ix-xufiera tal-Ministri ma jitkellmux bejniethom.

“Jiena ninnota kollox, tajjeb? Anki d-drivers tal-Ministri pparkjati ħdejn il-Parlament, ma jitkellmux bejniethom ħafna minnhom, mhux ċajta.”

Bernard Grech għamel din id-dikjarazzjoni fl-istess ġimgħa li t-Times irrappurtat li Adrian Delia rrifjuta li jkun parti mix-shadow cabinet ta’ Bernard Grech.

Grech, li sar Kap wara li kien appoġġjat mill-establishment Nazzjonalista u imbuttat mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, biex jitwarrab Delia, prova jiskonġra billi attakka lill-Prim Ministru Robert Abela.

“U dawn poġġewh hemmhekk, mhux ovvja li poġġewh hemmhekk, inti ma tafx Saviour li poġġewh hemmhekk. Hux hekk tridni ngħid?”

Grech, li jżomm madwaru deputati bħal Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u Chris Said kompla jiddefendi l-establishment Nazzjonalista u mistoqsi dwar fejn huma l-uċuh ġodda fil-partit immexxi minnu, Bernard Grech laqa’ għal Lawrence Gonzi.

Balzan: “Li dawn l-istess nies, ma rridx noqgħod insemmi nies imma kulħadd jaf min huma l-parlamentari. Issa f’daqqa waħda se jkunu kapaċi jbiddlu u jixprunaw il-Partit Nazzjonalista ‘l quddiem u jagħmluha l-aħjar partit li hawn.”

Grech: “Mela l-ewwel ħaġa, l-ewwel ħaġa, il-premessa tiegħek filwaqt li qed nifhem kif qed tasal fl-argument tiegħek, naħseb tlaqna minn premess żbaljata.”

Dwar is-sitwazzjoni finanzjarja mwergħa li ilu fiha l-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal hekk.

“Mela l-ewwel ħaġa anki l-pajjiż għandu d-dejn. Forsi l-Partit Nazzjonalista għandu l-miljuni, il-pajjiż għandu biljuni.”

Fil-programm ftaħar li ġabar ftit aktar minn tliet mitt elf ewro, inqas min-nofs is-somma li kien ġabar fl-ewwel maratona ġbir ta’ fondi tiegħu, Adrian Delia.

“Irnexxielna niġbru s-somma ta’ €307,000.”

Intant waqt il-programm, il-preżentatur Saviour Balzan ġibidlu l-attenzjoni fuq clichés li beda jsemmi u f’mument minnhom il-preżentatur talab lil Bernard Grech konkretament x’jagħmel dwar l-imxija, bi Grech jagħti tweġibiet xotti.

Balzan: “Maskri biss jiġifieri, nagħlqu r-restaurants, x’nagħmlu?”

Grech: “Dik hija miżura inizjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Waħda ma’ nnutax dan il-baħbuħ….li ma’ kienx ħallas taxxa għal xi tnax il-sena! Issa dwar Dr. Robert Abela, aħna tellajnih u mhux poġġejnih u m’inix ser inħallat it-tiġrija li kellu Dr. Abela ma’ li kellu dan il-baħbuħ. Robert Abela kellu jikkompeti miegħu persuna validissima id-deputat Prim Ministru Dr. Chris Fearne waqt li lil dan il-baħbuħ xogħlu għamluhulu tal-klikka għax l-ewwel kissru lil Delia u wara kollox kien għan-niżla għalih!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend