Fond ta’ €200,000 li se jsaħħaħ il-Kottonera  – One News

Notifiki

Fond ta’ €200,000 li se jsaħħaħ il-Kottonera 

Il-Fondazzjoni Kottonera nediet fond ta’ €200,000 sabiex jibbenefikaw minnhom għaqdiet u soċjetajiet tal-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara.

Iċ-Chairman ta’ din il-Fondazzjoni Glenn Bedingfield spjega li dan il-fond huwa parti mill-istrateġija għall-Kottonera li qed tkun implimentata u li fil-mira tagħha għandha r-riġenerazzjoni għan-nies.

“Qegħdin nagħmlu sejħa lil għaqdiet u soċjetajiet mhux governattivi u li huma Non-Profit organisations sabiex ikunu jistgħu jutilizzaw fond ta’ madwar €200,000 għal proġetti u inizjattivi illi jkollhom għal żmien li ġej. Dawn jistgħu jkunu proġetti kemm ta’ natura kulturali, soċjali, edukattivi, proġetti anke kapitali u li permezz tagħhom inkunu nistgħu nirriġeneraw l-inħawi tal-Kottonera.”

Bedingfield semma d-diversi xogħolijiet ta’ restawr li għaddejin madwar il-Kottonera fosthom il-Fortizza ta’ Ricasoli, l-bastjun ta’ San Mikiel fl-Isla, s-swar ta’ Santa Margerita f’Bormla u l-Cottonera Lines.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali Josè Herrera qal li l-gvern qed jinvesti fi nħawi li għandhom bżonn aktar attenzjoni u pjan ta’ riġnerazzjoni mill-aspett kulturali u patrimonjali.

“Dawn iż-żoni għandhom valur patrimonjali u storiku qawwi ħafna u kellhom bżonn attenzjoni partikolari biex jiġu rriġenerati. Illum il-proġett irenxxa għaliex dawn in-naħat irriġeneraw ruħhom b’mod tajjeb – bħal simili tal-Belt Valletta.”

Qal li wara l-Belt, l-Imdina u l-Kottonera l-Gvern qed iħares lejn il-Marsa bħala lokalita oħra li għandha bżonn pjan ta’ riġenerazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *