F’laqgħa tal-MCESD f’Għawdex jintqal li fil-budget li jmiss se jitħarsu l-interessi tal-ħaddiema u min iħaddem – One News

Notifiki

F’laqgħa tal-MCESD f’Għawdex jintqal li fil-budget li jmiss se jitħarsu l-interessi tal-ħaddiema u min iħaddem

Lejlet il-budget, il-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru, responsabbli fost l-oħrajn mid-djalogu soċjali, Carmelo Abela, flimkien mal-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, indirizzaw l-Kunsill Malti għall-iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, f’Għawdex.

Huma appellaw biex din il-gzira tuża l-ekonomija l-blu u l-ekonomija ħadra, li huma favur l-ambjent u l-ħarsien tal-baħar, b’mod aħjar.

Il-Ministru Carmelo Abela irrijaferma li l-Budget għas-sena d-dieħla ser ikun wieħed li se jirriflettti s-saħħa ta’ djalogu soċjali trasparenti, miftuħ u onest għall-ħarsien tal-ħaddiema u min iħaddem.

Saħaq li Għawdex għandu potenzjal ekonomiku u li dan il-potenzjal ma jiġix waħdu u b’hekk flimkien mal-gvern, hemm bżonn li jsir tkabbir sostenibbli f’Għawdex.

“Huwa importanti li nħarsu lejn investimenti fil-qasam diġitali u huwa importanti li l-innovazzjoni tkun parti mill-iżvilupp ta’ Għawdex. It-turiżmu jibqa’ bla dubju ta’ xejn element importanti ħafna għal din il-gżira pero miegħu hemm potenzjal ieħor, fosthom l-agrikultura”

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri qal li l-Gvern qed jaħdem ħafna fejn tidħol l-aċċessibilità. Huwa żied jgħid li għal din ir-raġuni il-Gvern jinsab impenjat biex iwettaq il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, li ħa tkun qed toffri ħafna vantaġġi għal dawk li jaqsmu l-fliegu ta’ kuljum.

Il-Ministru għal-Għawdex żied jgħid li għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex il-fibre optic cable jibda jiffunzjona sal-aħħar ta’ din is-sena. L-għan ta’ din l-infrastruttura hi li tibda tatirra swieq li llum il-ġurnata ma hemmx f’Għawdex.

“Huwa ovvja li Għawdex irid jiddiversifika aktar l-ekonomija tiegħu, u huwa ovvju wkoll li rridu nibqgħu ninvestu fl-infrastruttura ta’ Għawdex, mhux biss l-infrastruttura ta’ proġett, mhux biss l-infrastruttura tat-toroq, iżda wkoll fl-infrastruttura diġitali”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend