Cruiseliner b’suspett ta’ każ ta’ Covid-19 ma jitħalliex iniżżel il-passiġġiera l-art u diġà salpa ‘l barra – One News

Notifiki

Cruiseliner b’suspett ta’ każ ta’ Covid-19 ma jitħalliex iniżżel il-passiġġiera l-art u diġà salpa ‘l barra

Cruiseliner ma tħalliex iniżżel il-passiġġiera l-art, wara li l-awtoritajiet Maltin kienu nfurmati li fuq dan il-vapur, li kien fi triqtu lejn pajjiżna, kien hemm każ suspettat ta’ COVID-19.

Dan intqal mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli. Fuq il-profil tagħha fuq Facebook spjegat li dan il-vapur tħalla jidħol Malta għal waqfa teknika ta’ ftit sigħat, iżda l-ebda passiġġier ma tħalla jinżel l-art.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet kif skattaw il-protokolli maqbula mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin fejn jistipulaw li l-ebda passiġġier ma tħalla jinżel l-art għall-eskursjonijiet.

Il-cruiseliner diġà salpa ‘l barra minn pajjiżna wara din il-waqfa teknika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend