Ir-Renju Unit irid jipprepara għall-eventwalità li sal-aħħar tas-sena ma jkunx hemm ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal dan f’messaġġ wara li fis-Summit tal-Kunsill Ewropew, il-mexxejja Ewropej qablu li għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex ikun hemm qbil sakemm jispiċċa dan il-perjodu tranżitorju.