ARA: Rejd qawwi li fih ġew arrestati tliet persuni fuq droga u apparat li jfixkel lill-pulizija – One News

Notifiki

ARA: Rejd qawwi li fih ġew arrestati tliet persuni fuq droga u apparat li jfixkel lill-pulizija

Tliet persuni ġew arrestati b’rabta ma’ allegat attivitajiet illegali wara operazzjoni konġunta bejn diversi taqsimiet tal-Pulizija.

Din l-operazzjoni saret nhar it-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu fl-inħawi magħufa bħala fuq Verdala, f’Bormla. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, bis-sehem tal-Pulizija tal-Ispecial Intervention Unit, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u mit-Taqsima tal-Klieb.

Din l-operazzjoni saret wara osservazzjoni, hekk kif il-pulizija ċċirkondaw tliet postijiet separati.

Waqt tfittxijiet li saru nstab ammont ta’ droga, apparat elettroniku li jaqbad il-frekwenzi tal-pulizija u oġġetti oħra suspettużi li allegatament jindikaw attivitajiet illegali.

Waqt din l-operazzjoni ssejħu wkoll Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li assistew ukoll f’din l-operazzjoni minħabba li f’post minnhom instabu sebat iklieb perikolużi.

L-Assistent Kummissarju Sandro Gatt, li jmexxi l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri qal li permezz ta’ din l-operazzjoni ntwera biċ-ċar kif diversi taqsimiet flimkien fil-Korp tal-Pulizija jistgħu jkunu ta’ suċċess meta jaħdmu flimkien.

It-tliet persuni arrestati ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar investigazzjonijiet.

Filmat: CMRU

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend