Koppja Spanjola arrestati wara li nqabdu jġorru kważi 14kg kannabis fil-bagalji u borża żgħira kokaina – One News

Notifiki

Koppja Spanjola arrestati wara li nqabdu jġorru kważi 14kg kannabis fil-bagalji u borża żgħira kokaina

Waqt tfittxijiet ta’ rutina fuq passiġġieri ġejjin minn Sevilja instabu kważi erbatax -il kilogramma ta’ kannabis fuq koppja Spanjola.

Fi stqarrija, uffiċjali tad-Dwana qalu li akkumpanjaw lill-koppja biex jagħmlu tfittxija fil-bagalji tagħhom fejn mal-ewwel daqqa t’għajn kienu identifikati diversi oġġetti suspettużi.

Irriżulta li l-koppja kienu qed iġorru tlettax -il borża tal-plastik b’kollox. Sebgħa minnhom, li jiżnu 7.60 kilogrammi, instabu f’bagalja waħda filwaqt li sitt boroż oħra li jiżnu 6.35 kilogrammi nstabu f’bagalja oħra.

Waqt tfittxija fuq persunthom, uffiċjali tad-dwana elevaw borża tal-plastik żgħira li fiha kien hemm sustanza bajda li rriżultat fil-pożittiv għall-kokaina.

Fl-istqarrija, id-Dwana stqarret li l-passiġġieri qegħdin investigati u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Din hija t-tieni sejba tat-tip tagħha. L-ewwel sejba wkoll kellha l-istess rotta u waslet minn Sevilja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend