Jitressaq il-Qorti s-Somalu b’akkużi relatati ma’ bejgħ ta’ passaporti foloz – One News

Notifiki

Jitressaq il-Qorti s-Somalu b’akkużi relatati ma’ bejgħ ta’ passaporti foloz

Mohamed Said Ahmed, Somalu ta’ 32 sena, tressaq il-Qorti mixli b’numru ta’ akkużi relatati mal-bejgħ ta’ diversi passaporti foloz.

Id-difiża ma’ kkontestatx l-arrest u l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Fi stqarrija mill-pulizija ilbieraħ, intqal li l-akkużat ġie arrestat wara li allegatament kien il-moħħ ta’ bejgħ ta’ diversi passaporti u permessi ta’ residenzi foloz.

B’dawn id-dokumenti huwa kien allegatament qed jassisti persuni oħra jidħlu jew joħorġu minn Malta.

Huwa ġie arrestat it-Tlieta filgħaxija waqt rejd fid-dar tiegħu f’Wied il-Għajn. F’dan ir-rejd il-pulizija sabet diversi dokumenti foloz, kif ukoll dokumenti oriġinali misruqa.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

ARA WKOLL:

Raġel arrestat wara li allegatament biegħ diversi passaporti foloz

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend