Jerġa’ jitressaq il-Qorti wara li allegatament wettaq it-tieni attakk b’sikkina – One News

Notifiki

Jerġa’ jitressaq il-Qorti wara li allegatament wettaq it-tieni attakk b’sikkina

Mustafa Ahmed Mohamed, Somalu ta’ 31 sena tressaq il-Qorti mill-ġdid akkużat li wettaq attakk ieħor b’sikkina. Dan wara li huwa kien diġà ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq akkużi ta’ attentat ta’ qtil wara li kien attakka immigrant ieħor b’sikkina fil-Marsa lura fl-2017.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba r-rekord kriminali tal-akkużat. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech m’aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest ukoll minħabba li għadu jrid jixhed l-allegat vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend