Imut il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez – One News

Notifiki

Imut il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez

Fl-età ta’ 73, Charles Caruana Carabez, figura magħrufa sew fl-isfera lokali tal-edukazzjoni, miet.

Caruana Carabez kien appuntat bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni lura fl-2017 wara li serva għal snin twal bħala edukatur.

Hu kien magħruf l-aktar bħala għalliem tal-Ingliż fejn bosta studenti sellmu l-memorja tiegħu.

Fost oħrajn sellem il-memorja tiegħu l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, eks-student tiegħu, fejn stqarr li l-imħabba tiegħu lejn l-edukazzjoni u t-tagħlim kien evidenti u għaldaqstant in-nuqqas tiegħu żgur mhux forsi ser jinħass.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend