Il-Ministru Carmelo Abela f’laqgħa mal-Aġent Ministru għall-Ewropa u l-Affarijiet Albaniż – One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela f’laqgħa mal-Aġent Ministru għall-Ewropa u l-Affarijiet Albaniż

Fi żjara ta’ korteżija mill-Aġent Ministru għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin tar-Repubbliku tal-Albanija, is-Sur Gent Cakaj, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela tkellem dwar ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fil-laqgħa s-Sur Cakaj semma l-potenzjal kbir li hemm f’dak li huma skambji ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, u jinsab ħerqan sabiex fil-futur jkun hemm aktar koperazzjoni bilaterali fl-oqsma tal-ekonomija, it-turiżmu, l-edukazzjoni u l-kultura.

Iż-żewġ Ministri ddiskutew aktar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, inkluż il-pandemija COVID-19 u l-isfidi marbuta magħha, speċjalment fis-settur tat-turiżmu.

Il-Ministru Abela spjega li parti mix-xogħol tiegħu, flimkien mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol (DIER), huwa li jħares ix-xogħol tal-ħaddiema u tenna li l-għajnuna finanzjarja u l-miżuri tal-gvern fl-aħħar xhur, li taw spinta lill-ekonomija u l-familji tal-pajjiż, għenu lin-negozju u pproteġew eluf ta’ impjiegi.

Il-Ministri qablu dwar il-ħtieġa li tiġi infurzata aktar koperazzjoni bilaterali fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, anke billi jimplimentaw proġetti konġunti li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru Abela semma li l-gvern qed jaħdem biex il-Budget Nazzjonali jkun skont l-għanijiet ta’ sostenibbiltà. Hu tenna li l-proposti tal-baġit se jiġu evalwati minn perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli, bl-għan li jkollhom karatteristiċi ta’ sostenibbiltà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend