AĠĠORNATA: Numru ta’ partiti mill-Kampjonati Maltin ser jiġu posposti – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Numru ta’ partiti mill-Kampjonati Maltin ser jiġu posposti

L-Malta Football Association ħabbret li ġew posposti l-erba partiti li kellhom it-tim ta’ Sirens FC minħabba li l-klabb m’għandux 16 il-plejer disposti għal logħob hekk kif numru ta’ plejers jinsabu taħt kwarantina jew pożittivi għal Covid-19.  Dan ifisser li l-partiti kontra Tarxien Rainbows F.C., Valletta Football Club, Mosta FC u Lija Athletic F.C. ġew posposti.

Ġew posposti ukoll 8 logħbiet mic-Challenge League hekk kif lis-stess problema affetwat lit-timijiet ta’ Marsaxlokk FC u Marsa Fc.

Il-loghbiet li kellhom Marsa kontra Naxxar Lions FC, Pieta’ Hotspurs FC, Qormi F.C. u Swieqi United FC kollha ġew posposti. Ġew posposti ukoll il-loghbiet li kellhom Marsaxlokk FC kontra Mqabba FC, Fgura United F.C., Qrendi FC u Vittoriosa Stars.

Anke il-partita mill-Kampjonat Amateur bejn Siġġiewi F.C. u LUQA SA FC ġiet posposta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend