130 ħaddiem tal-LESA tħarrġu f’kors tal-ewwel għajnuna – One News

Notifiki

130 ħaddiem tal-LESA tħarrġu f’kors tal-ewwel għajnuna

L-uffiċjali kollha tal-Aġenzija tal-Infurzar, il-LESA li jgħoddu madwar mija u tletin ħaddiem issa kollha tħarrġu f’kors tal-ewwel għajnuna.

Permezz ta’ dan it-taħriġ, dawn l-uffiċjali issa jkunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna, hekk kif dawn l-uffiċjali jkunu madwar it-toroq Maltin u Għawdxin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija LESA Svetlick Flores qal kif b’dan it-taħriġ issa għandhom għodda oħra importanti sabiex ikunu viċin iċ-ċittadini.

Is-Sur Flores spjega, “Dan ifisser illi waqt li qed jagħmlu d-doveri tagħhom fuq barra, huma equiped ukoll b’parti minn biċċa għodda oħra addizzjoni, fejn huma jinqala xi ħaġa waqt il-kors tax-xogħol tagħhom ikunu kapaċi jintervjenu mal-ewwel u jassistu l-komunitá, hekk kif qed naħdmu sabiex jagħmlu dawn l-uffiċjali.”

Barra dan, il-Kap Eżekuttiv tal-LESA qal magħna kif din l-aġenzija qed tħejji sabiex dawn l-uffiċjali jkomplu jitħarrġu aktar.

Fost dan it-taħriġ hemm l-etika, il-komunikazzjoni mal-klijent u l-atteġġjament tal-uffiċjal, sabiex dawn ikunu aktar viċin iċ-ċittadini.

ONE News tkellem ma’ waħda mill-uffiċjali tal-LESA, Kaylene Sammut li qalet kif tħossha sodisfatta li għamlet dan it-taħriġ sabiex tkun tista’ tgħin lin-nies fi kwaluanke sitwazzjoni.

Sammut stqarret, “Taħriġ tal-first aid biex jekk ikun hemm bżonn assistenza tal-first aid, l-uffiċjal se jkun minn tal-ewwel li jagħti dan il-first aid tiegħu li ħa jkun ħa l-kors.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend