Raġel ta’ 59 sena b’kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal kif ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19, l-għada. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni llum.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.