Kull taxi se tkun mgħammra b’sistema ġdida tal-meters għal aktar trasparenza – One News

Notifiki

Kull taxi se tkun mgħammra b’sistema ġdida tal-meters għal aktar trasparenza


Kull karozza tat-taxi issa hija mgħammra b’sistema ġdida ta’ meter li apparti li se jittejjeb is-servizz li jingħata minn tat-taxis il-bojod, se jkun qed juri wkoll trasparenza.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg fejn flimkien ma’ numru ta’ xufiera, huwa sostna li issa t-taxis f’Malta se jkunu bħal dawk ta’ barra.

Spjega li, “Appellajt lix-xufiera, li nirringrazzjom għax fhemu u għidtilhom biex intom ittejbu s-servizz tagħkom tkunu iżjed kredibbli hemm bżonn li ndaħħlu t-trasparenza, hemm bżonn indaħħlu s-serjetà permezz ta’ din is-sistema. Hemm diversi miżuri oħra fis-sistema illi ħa tkun qed tgħin lill-passiġġiera. Nirringrazzjahom, nifraħilhom talli ħadmu, grazzi wkoll lil Transport Malta u din hija parti minn riforma iżjed wiesa’ sabiex insaħħu s-servizzi fis-settur tat-trasport”

Is-sistema installata fil-karozzi se tkun qed taqra l-veloċità li jkunu qed isuqu x-xufiera u d-distanza fost oħrajn, liema informazzjoni se tingħadda wkoll lill-operaturi tat-taxis u Transport Malta. Kull karozza se jkollha wkoll il-faċilità tal-Wifi, filwaqt li fi tmiem il-vjaġġ kull min se jagħmel użu minn dan is-servizz se tkun qed tingħatalhom irċevuta fiskali.

Il-kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-taxis bojod, Alfred Pace, kellu kliem ta’ apprezzament.

Qal kif, “Is-servizz qed nagħtuh dejjem mill-aħjar, iriduhom moderni. Hemm affarijiet mal-Ministeru li qed nitkellmu, tana ħafna minnhom għax minn tnax tagħna aktar minn tmienja, diġà qiegħdin jaħdmu uffiċjali u jonqos erbgħa kemm jiġu emendati, mifthemin fuqhom u s-servizz dejjem jitjieb u magħna nħoss li anke nies lokali u nies oħra qed ifittxuna għax hemm it-taxi boots, hemm kollox, hemm ma min jafdaw u hemm is-servizz kollu”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend