Il-Pulizija Taljana arrestat lil Cecilia Moragna ta’ disgħa u għoxrin sena li qed tiġi akkużata li kienet kompliċi fis-saga ta’ misaproprijazzjoni ta’ assi mill-Vatikan flimkien mal-Kardinal Angelo Becciu.
Il-mara qalet mal-Pulizija li hija ngħatat is-somma ta’ nofs miljun ewro mill-Kardinall Becciu.
Marogna ġiet arrestata wara li l-Istat tal-Vatikan ħareġ madnat t’arrest għaliha.
Il-Kardinal Becciu ta’ tnejn u sebgħin sena kien ġie sfurzat mill-Papa Franġisku sabiex jirreżenja minn din il-kariga wara li ġie akkużat li kien qed juża flus minn fondi tal-Vatikan għal affarijiet lussużi, fosthom f’binja lussuża fir-Renju Unit.
Sa ftit ilu l-Kardinal kien jokkupa t-tieni l-ogħla kariga wara l-Papa, dik ta’ Segretarju tal-Istat tal-Vatikan.
Dawn li jridu jagħmlu u m’hemmx ‘rule of law’! Imbagħad issib lil xi wħud minnhom hawn Malta jridu jindaħlu u jattakkaw kollox meta jkun hawn Gvern Laburista. Reliġjon ‘my foot’.