Giorgi Kvinikadza ta’ erba’ u tletin sena mill-Ġorġja nżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq madwar ħames mitt ewro fi flus kontanti u flixken tax-xorb minn ristorant f’San Pawl il-Baħar.
Huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna ħsara konsiderevoli għad-dannu ta’ kumpanija privata.
Il-Maġistrat Astrid May Grima semgħet kif l-akkużat kien instab ħati ukoll li fl-elfejn u sittax vvjaġġa permezz ta’ viża falza u kien ngħata sentenza sospiża. Huwa mar lura pajjiżu u reġa’ ġie Malta b’isem differenti.