Xi kull tant it-tindif ħadd ma jkollu aptitu u forsi wieħed jispiċċa jagħmlu b’nofs aptit, iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal dawn l-istudenti bniet tat-tieni sena fl-iskola Primarja ta’ San Ġużepp f’Tas-Sliema.
Dan hekk filmat qasir li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook, nissel tbissima fuq fomm bosta bl-istudenti jidhru flimkien mal-għalliema jiżfnu u jżegilgu filwaqt li jnaddfu l-iskrivanija tagħhom. Ma jonqosx ukoll li l-istess studenti qed isegwu ir-regoli hekk kif waqt li qed inaddfu lebsin wkoll il-maskra.