Sitt kappelli medjevali ngħataw l-ogħla livell ta’ protezzjoni, dan wara li saru s-sottomissjonijiet mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali quddiem il-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar.
Tnejn minn dawn il-kappelli, Santa Duminka, Ħad Dingli (Ħal Tartani) u Santa Marija ta’ Bir Miftuħ, Gudja, kienu fost l-ewwel 10 parroċċi li kienu dokumentati fl-1436 barra dawk tal-Birgu u l-Imdina.
Is-6 siti li fuqhom saret il-proposta tal-iskedar huma Santa Duminka, Ħad Dingli (Ħal Tartani); Santa Marija ta’ Bir Miftuħ, Gudja; San Ċir, Rabat; Wasla tal-Familja Mqaddsa mill-Eġittu, Kemmuna; Santa Marija ta’ Ħal Xluq, Siġġiewi u Santa Marija tas-Sokkors, Bormla.
Il-Ministru José Herrera spjega kif s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha sehem ewlieni u essenzjali biex nassiguraw il-ħarsien u l-protezzjoni tal-Wirt Nazzjonali ta’ pajjiżna.