Notifiki

ARA: Id-dgħajjes maqbuda f’kontejners maħsuba biex jintużaw għall-immigrazzjoni illegali mil-Libja

Fl-aħħar ġimgħat id-Dwana interċettat tlieta u għoxrin kontejner fil-Port Ħieles, li kien hemm minnhom kellhom fihom dgħajjes jew opri oħra tal-baħar destinati lejn il-Libja.

Dawn id-dgħajjes li nqabdu kienu maħsuba li se jintużaw fit-traffikar ta’ persuni b’rabta mal-immigrazzjoni mill-pajjiż Afrikan.

Fid-dawl tas-suspett qawwi li dawn id-dgħajjes kienu se jintużaw fl-immigrazzjoni illegali, dawn l-oġġetti nżammu mid-Dwana wara diskussjoni mal-bord tal-moniteraġġ għas-sanzjonijiet.

Intant fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ din l-aħbar u qal li Malta qed tiġġieled kontra l-għeruq tal-problema tal-immigrazzjoni irregolari. Qal li dan qed isir minn Malta fis-skiet u xi kultant waħedha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend