Il-Gvern ta’ Bangladesh introduċa il-piena tal-mewt f’każijiet ta’ stupru.
Dan wara li fil-jiem li għaddew skattaw diversi protesti fid-dawl tal-livell għoli ta’ vjolenza sesswali fuq in-nisa fil-pajjiż.
Rapporti juru li din is-sena kien hemm elf każ ta’ stupru rappurtat.
Bosta attivisti qalu li r-rata ta’ dawk li nstabu ħatja hija baxxa ħafna minħabba li bosta każijiet ma jiġux rrapurtati sforz il-biżà tal-vittmi.
Il-ġimgħa li għaddiet qamet kommossjoni kbira fil-pajjiż wara li nfirex filmat fuq il-midja soċjali ta’ mara qed tiġi stuprata minn tmien rġiel. Iktar tard dawn it-tmien irġiel ġew arrestati.