Fl-aħħar sigħat fiequ erbatax-il persuna oħra mill-COVID-19 f’pajjiżna, u feġġew tmienja u sittin każ minn fost elf, disa’ mija u erbgħin test.
Dan ifisser li mit-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, sitta u disgħin punt ħames fil-mija ġew negattivi, u tlieta punt ħamsa fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa, fis-sitt ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru aktar minn mitejn u tnejn u tmenin elf test.