Jinsab taħt arrest is-suspettat li qatel dimostrant kiesaħ u biered waqt protesti f’Denver, Colorado.
Il-pulizija tal-lokal identifikat is-suspettat li huwa Matthew Dolloff li għandu 30 sena u huwa mifhum li huwa uffiċjal tas-sigurtà.
Rapporti qalu li l-vittma kien qed jipparteċipa f’rally pattrijotta tal-lemin estrem. Il-pulizija qalu li l-vittma ma kellux konnessjoni mal-protesti tax-xellug estrem.
Stazzjoni televiżiv semma kif is-suspettat tqabbad sabiex jipproteġi lill-istaff iżda l-pulizija ma kkonfermatx dan.
Is-suspettat qed jinżamm arrestat fuq reat ta’ qtil.