Notifiki

BIL-FILMAT: F’laqgħa mal-MHRA l-PM jitkellem favur ttestjar għall-Covid-19 li jagħti riżultat malajr flok jingħalaq l-ajruport

Il-gvern se jkun qed isaħħaħ l-infurzar b’rabta mal-imxija tal-covid-19 biex ikun jista’ jħalli s-setturi miftuħin.

Dan qalu l-prim ministru robert abela meta t-tnejn filgħodu kien qed jiltaqa ma’ rappreżentanti tal-assoċjazzjoni tal-lukandiera u ristoranti, l-mhra waqt konsultazzjoni ta’ qabel il-budget.

Spjega kif “nifhem li ħadd ma jieħu pjaċir ikollna infurzar imma nemmen li huwa kruċjali. Qegħdin nagħmlu infurzar tajjeb imma se jkun hemm bżonn stepping uġ tiegħu. Ħa jkun hemm bżonn ta’ aktar infurzar. Ma jfissirx li se noqtlu settur jew ieħor anzi bil-kontra ifisser li l-infurzar miżjud se jissarraf biex inħallu s-setturi miftuħin.”

Il-prim ministru kompla jispjega li n-numru ta’ testijiet għal dawk li jaslu malta għandu jkompli jiżdied u tkellem ukoll favur ittestjar għall-covid-19 li jagħti riżultat malajr fuq dawk li jaslu f’pajjiżna mingħajr ċertifikat ta’ test negattiv.

Qal li “ma tkunx soluzzjoni li wieħed jagħlaq l-ajruport. Soluzzjoni hija iżjed screening. Kruċjali li jkollna sistema ta’ rapid testing u kruċjali li nżidu t-testijiet. Bħalissa għandna sistema taħdem tajjeb imma we can beef up”

Dr. Abela tkellem ukoll favur l-użu tal-maskri meta persuna toħroġ f’post pubbliku.

Meta tkellem dwar l-inċentivi li daħħal il-gvern, dr. Abela sostna li dak li qed jiġi introdott illum irid ikun sostenibbli anki fit-tul għax ħadd ma jaf kemm se ddum din il-pandemija.

Il-president tal-mhra tony zahra sostna li l-industrija għandha sfidi kbar quddiemha imma tenna li huwa importanti li naħdmu llum biex din l-industrija terġa’ tikber fil-futur. Zahra spjega li bħala settur mhux se jaqta’ qalbu imma se jkompli jaħdem.

Sostna wkoll li t-triq hija twila imma spjega li l-għajnuna tal-gvern għenet sew lis-settur. Spjega wkoll li s-settur jista’ joħroġ minn din il-kriżi dinjija u joħroġ saħansitra aktar b’saħħtu milli daħal fiha.

Fakkar kif tul is-sena l-oħra t-turiżmu ġġenera aktar minn żewġ biljun ewro u għalhekk tenna li dan is-settur huwa kontributur ewlieni għall-ekonomija maltija.

“Il-Gvern u l-UHM għandhom interess komuni favur ir-ruħ soċjali” – il-PM

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend