Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ serqa f’ħanut f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ serqa f’ħanut f’San Pawl il-Baħar

Żewġ Taljani li għandhom 39 u 36 sena rispettivament ġew arrestati b’rabta mas-serqa li kienet seħħet f’ħanut fi Triq il-Ħalel f’San Pawl il-Baħar.

Huma ġew arrestati f’appartament fi Triq iċ-Ċerna f’San Pawl il-Baħar mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Maġġuri.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:45pm tal-Erbgħa meta raġel liebes maskra u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxiera, li hija mara Ungeriża ta’ 25 sena.

Il-ħalliel seraq għaxar pakketti sigaretti u ħarab minn fuq il-post.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali għal aktar investigazzjonijiet.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

Ara wkoll:

Ħadd ma weġġa’ f’serqa minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend