Raġel arrestat b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar f’lukanda – One News

Notifiki

Raġel arrestat b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar f’lukanda

Libjan ta’ 38 sena ġie arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet minn kmamar f’lukanda li tinsab fi Triq il-Fliegu, f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ fid-9 ta’ Lulju li għadda meta żewġ persuni rrappurtaw li sabu l-kmamar tagħhom f’din il-lukanda miftuħa u mqallbin. Minn stħarriġ tal-Pulizija ħareġ li nsterqu għadd ta’ oġġetti personali.

Eventwalment, l-allegat ħalliel ġie identifikat u ġie arrestat mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan ir-Reati Maġġuri.

Huwa qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u mistenni jitressaq il-Qorti.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Ara wkoll:

Jibqa’ jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ serq

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *