Problemi għat-timijiet nazzjonali Maltin tal-futbol – One News

Notifiki

Problemi għat-timijiet nazzjonali Maltin tal-futbol

Wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra Andorra f’logħba oħra mill-UEFA Nations League, it-tim nazzjonali Malti telaq minn Andorra dalgħodu u wasal f’Barċellona propju waranofsinhar. Iktar tard ser jkun qed jaqbad titjira oħra din id-darba għal Liga l-Latvja sabiex ikun jista’ jipprepara għall-konfront ta’ nhar it-Tlieta li ġej.

It-tluq minn Andorra kellu jittardja wkoll minħabba r-restrizzjonijiet ġodda li żdidu fl-aħħar ħinijiet f’Andorra u għalhekk l-iswabbing li kellu jsir lit-tim Malti qabel it-tluq ma sarx u fil-fatt sar fil-lukanda li kellu jmur fiha l-kontinġent Malti f’Barċellona. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ser joħorġu fil-ħin li ġej.

Sadinitant it-tim mediku tal-MFA qed isegwi bir-reqqa dak li qed jiġri fit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena hekk kif issa b’kollox huma t-tnejn il-każijiet pożittivi f’ħdan l-iskwadra tat-tim Malti. Il-plejer li nstab pożittiv fl-aħħar ħinijiet mar f’kwarantina obbligatorja filwaqt li tmien plejers oħra mill-iskwadra wkoll jinsabu f’kwarantina hekk kif ġew klassifikati bħala riskju kbir.

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kellu jħalli pajjiżna kmieni dalgħodu sabiex jivjaġġa lejn ir-Rumanija però dan il-vjaġġ ġie pospost għal għada hekk kif il-kontinġent kollu reġa’ għamel swab fl-aħħar ħinijiet bir-riżultati mistenni li joħorġu fil-ħin li ġej.

Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi l-kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Silvio Vella kellu jsejjaħ xejn anqas minn 11 il-plejer ieħor sabiex jingħaqdu mal-iskwadra tat-tim nazzjonali għal partita ta’ nhar it-Tlieta mill-Kampjonati Ewropej U21 kontra r-Rumanija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend