Jista’ jieqaf is-servizz tat-tilqim kontra l-influwenza f’numru ta’ lokalitajiet minħabba azzjonijiet industrijali mill-MUMN – One News

Notifiki

Jista’ jieqaf is-servizz tat-tilqim kontra l-influwenza f’numru ta’ lokalitajiet minħabba azzjonijiet industrijali mill-MUMN

Is-Servizz tal-Kura Primarja ħabbar li minħabba azzjonijiet industrijali mill-MUMN, is-servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza jista’ jkun interrott f’numru ta’ lokalitajiet.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa qal li ladarba jitwaqqfu l-azzjonijiet tal-unjin tal-Infermiera u l-qwiebel, tissokta l-iskeda kif reklamata fil-jiem li għaddew.

Is-Servizz għall-Kura Primarja skuża ruħu għall-inkonvenjent, u appella biex min imur għat-tilqima jsegwi d-direzzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ara veru li anqas tisthu minn ALLA li halaqkhom.Hallejtu li tigi it tilqima biex turu kemm qalbkhom
    tahraqkhom biex tghinu lill anzjani u l poplu Malti meta ghandna wkoll il pandemija tal Covid 19.
    Din tmexxija ta Union li tahseb hija responsabli?Jekk kellkhom il problemi mad dipartiment tas sahhha
    biex turu li qed taghmlu hoss ISSA KELLKHOM TORDNAW AZZJONI.Jew qed timpikaw ma xi union ohra

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend