Raġel ta’ 29 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ allegat sparatura li seħħet Ilbieraħ fl-Isla. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi Triq iż-Żewġ Mini, fl-Isla.
Huwa mifhmum illi l-każ seħħ wara li inqala’ argument bejn ir-raġel u mara, bir-raġel allegatament spara lejn il-mara li għandha 23 sena.
Il-vittma, li fortunatament ma ntlaqtitx, laħqet ħarbet tiġri minn fuq il-post.
Fl-istess triq, il-pulizija sabu l-vettura tal-għamla Mercedes, li kien qiegħed juża r-raġel u fiha nstabu l-arma tan-nar li allegatament saret l-isparatura biha, lembuba tal-ħadid u ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.
Fit-triq instabet ukoll il-balla tat-tir li ġie sparat.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.