Notifiki

BIL-FILMAT: Pollakk estradit biex iservi sentenzi ta’ serq

Pollakk ta’ 28 sena kien estradit minn Malta lejn il-Polonja biex iservi sentenzi relatati ma’ diversi każijiet ta’ serq li twettqu bejn l-2010 u l-2011.

Il-Pollakk kien arrestat f’Birkirkara fis-27  ta’ Settembru wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.

Permezz ta’ Mandat t’Arrest Ewropew, ir-raġel kien imfittex f’diversi pajjiżi Ewropej qabel ma nstab f’Malta.

Jumejn wara l-arrest tiegħu, il-Pollakk deher quddiem il-Qorti biex jibdew proċeduri ta’ estradizzjoni lejn il-Polonja, u ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit.

Filmat: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend