BIL-FILMAT: It-theddid ta’ Manuel Delia ma fih xejn ħażin għal Bernard Grech – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: It-theddid ta’ Manuel Delia ma fih xejn ħażin għal Bernard Grech

Fl-ewwel opportunità sabiex jiddistakka ruħu mill-politika tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Bernard Grech iddefenda t-theddid ta’ Manuel Delia.

Bernard Grech għamel dan waqt intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista meta kien mistoqsi dwar it-theddid ta’ Manuel Delia mill-Professur Andrew Azzopardi.

Kien propju ftit wara li Bernard Grech ħa t-tmun tal-Partit Nazzjonalista, li Manuel Delia, wieħed mill-esponenti ewlenin tal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil u eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, wissa lill-Kap il-ġdid biex ma jgħaxxaqhiex għaliex inkella jfittxu lil ħaddieħor.

Iżda Bernard Grech qal li f’dan m’hemm xejn ħażin.

Il-Professur Azzopardi kkwota: “Ok Sir, here’s your chance. You said you wanted to do good, now let’s see you do it. Don’t fuck it up or we will have to look for someone else. Actually,” din l-isbaħ waħda apparti tal-“fuck it up,” “actually we are keeping an eye out. Jiġifieri diġà qishom qed ilestu…”

Iżda Bernard Grech staqsa: “X’hemm ħażin fiha din?”

 Filwaqt li Bernard Grech ħa ħsieb li ma jirfisx il-kallu ta’ Manuel Delia, ħa ħsieb ukoll li jiddefendi l-Eks Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil.

Meta kien mistoqsi: “Ma kien hemm xejn li jimplika lil Joseph Muscat. Kontu diġà sallabtuh eh? Kontu diġà tellajtuh fil-Golgota.

Grech wieġeb: “Kif kienu diġà sallbu lil Simon Busuttil.”

Intant Bernard Grech qabad in-narattiva negattiva ta’ dak li ħareġ għonqu għalih, jiġifieri Simon Busuttil.

Hu stqarr: “Jidher li l-Gvern ma jafx x’inhu għaddej. Jidher li l-Gvern ma kellu ebda pjan sa mill-2013.”

“Sfortunatament bħall-parabbola, kellna lil Joseph Muscat u wara Robert Abela li baqgħu jibnu biss fuq ir-ramel.”

“L-ekonomija bdiet sejra lura sa mill-2019.”

Bernard Grech ma rrikonoxxiex ukoll ir-riformi bla preċedent li għamel il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.

Saħansitra filwaqt li nhar il-Ġimgħa, il-Kummissjoni Venezja nnutat l-ħeffa tal-proċess leġiżlattiv li ressaq il-Gvern favur is-saltna tad-dritt, Bernard Grech prova jirredikola dan u reġa’ kien negattiv.

Meta Prof. Azzopardi qal: “Il-Venice Commission tat proset lill-Gvern. Uwejja għamel xogħol.”

Grech qal: Qaltlu “good effort” bħalma kien ikolli jien “good effort” meta ma kontx ngħaddi jien mill-Geography hekk inġib xi 25 kienu jgħiduli “good effort” biex jagħmluli kuraġġ forsi nġib 40.”

Intant minkejja li l-appelli tiegħu għall-għaqda fil-Partit u minkejja li issa għaddiet il-kampanja għat-tmun tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ma felaħx ma jgħaddix botta lejn Adrian Delia.

Grech tenna: “Bla dubju aħna kellna Grupp Parlamentari li għamel xhur ma jiltaqax mela allura sfortunatament dak il-Grupp Parlamentari wkoll ma setax jiffunzjona u ma setax jikkomunika sew.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Naħseb il Greċja imma kien iġib 25 u jgħidulu good effort għax jien hawn Malta meta kont inġib 25 kienu jħażżuli bl-aħmar biex jugżawni lil ġenituri u mela jgħiduli good effort!!! B’min irid jitmejjel dan?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend