AĠĠORNAT: Iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fl-Imġarr – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fl-Imġarr

Malti ta’ 62 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qiegħed isuq tal-għamla Honda ma’ karozza tat-tip BMW X4 li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena mill-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu fi Triq l-Imġarr, fl-Imġarr.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend