Notifiki

433 immigranti jiddaħħlu fl-Lampedusa

433 immigrant, il-biċċa l-kbira mit-Tuneżija, waslu Lampedusa fuq 15-il dgħajsa. Huma ttieħdu minnufih fiż-żona ta’ Imbriacola, fejn mistennija jsegwu kwarantina fuq numru ta’ bastimenti sakemm isirulhom it-testijiet tal-Covid-19.

Id-dgħajjes li fuqhom waslu l-immigranti ġew interċettati fost l-oħrajn mill-Pulizija. Fost dawn l-immigranti hemm ukoll persuni taħt l-età.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend