Il-Korea ta’ Fuq fakkret il-75 sena minn meta twaqqaf il-Partit Kommunista, waqt ċerimonja bil-missili.
Din iċ-ċerimonja kienet l-ewwel waħda f’sentejn, hekk kif dawn il-missili ilhom ma jidhru mill-2018 meta l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un iltaqa’ mal-President Amerikan Donald Trump.
F’diskors, waqt din il-parata, Kim Jong Un qal li l-pajjiż huwa determinat li jkun b’saħtu fil-militar u jkun jista’ jiddefendu lilu nnifsu.