L-Armenja u l-Ażerbajġan qablu temporanjament li jwaqqfu l-ġlied ġewwa r-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.
Dan tħabbar mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov, wara għaxar sigħat ta’ diskussjonijiet fil-kapitali Russa.
Il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied jidħol fis-seħħ matul il-jum tas-Sibt biex jilħaq ikun hemm skambju ta’ priġunieri u jinġabru l-kadavri.
Aktar minn 300 persuna mietu mindu beda l-ġlied f’dan ir-reġjun fis-27 ta’ Settembru li għadda.