Dr. Clare Gerada hija l-ewwel Maltija li se tingħata d-Dama mingħand ir-Reġina Eliżabetta II.
Dr. Gerada hija tabiba Maltija li ilha taħdem fis-settur mediku fl-Ingilterra għal aktar minn tletin sena.
Fi tweet, hija espremiet is-sodisfazzjon tagħha f’dan il-premju. Hija qalet kif tinsab sodisfatta li permezz tax-xogħol tagħha f’dawn l-aħħar tletin sena, hija għenet diversi pażjenti.