Trump mistenni jirritorna għall-attivitajiet pubbliċi – One News

Notifiki

Trump mistenni jirritorna għall-attivitajiet pubbliċi

Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jirritorna għall-impenji pubbliċi li għandu f’dan tmiem il-ġimgħa hekk kif it-tabib tiegħu qal li Trump temm il-kors ta’ trattament għall-COVID-19 b’suċċess, filwaqt li jinsab f’qagħda ta’ saħħa stabbli.

Matul il-jum tal-Ġimgħa se jkun qed jagħmel test ieħor, hekk kif sostna li qed jittama li fi tmiem din il-ġimgħa jorganizza rally. Madanakollu, il-President Amerikan u l-Kandidat Rebbulikan għall-elezzjoni presidenzjali qal li hu mhux se jkun qed jieħu sehem f’dibattitu virtwali li kellu jsir nhar il-Ħamis li ġej ma’ Joe Biden. Fi kliemu qal li dan huwa ħela ta’ ħin.

L-atteġjament ta’ Tump qajjem rabja hekk kif hemm min qed jistaqsi kif u meta se jsiru dibattiti hekk kif issa fadal inqas minn xahar għall-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend