Tama għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja – One News

Notifiki

Tama għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja

Matul il-jum tal-Ġimgħa kompla l-ġlied bejn il-forzi tal-Ażerbajġan u tal-Armenja. Madanakollu, il-pjanijiet għal taħdidiet bejn iż-żewġ forzi f’Moska qed iqajmu ftit tama illi l-ġlied – li huwa kkunsidrat fost l-agħar f’dawn l-aħħar 25 sena – jieqaf. S’issa f’inqas minn ġimagħtejn mietu aktar minn 400 persuna.

Kelliem għall-President Franċiż qal illi l-waqfien mill-ġlied jidher fil-qrib minkejja li għalissa s-sitwazzjoni għadha kemm xejn fraġli. Din l-istqarrija saret wara li l-uffiċċju ta’ Emmanuel Macron tkellem mal-mexxejja tal-Armenja u l-Ażerbjaġan.

Il-Gvern Armen qal it-taħdidiet tal-Ġimgħa huma mistennija li jiffokaw fuq suspensjoni mill-ġlied kif ukoll it-tpartit u l-priġunieri tal-gwerra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend