Programm tan-Nazzjonijiet Magħquda jirbaħ il-Premju Nobel 2020 – One News

Notifiki

Programm tan-Nazzjonijiet Magħquda jirbaħ il-Premju Nobel 2020

Il-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena ngħata lill-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) tan-Nazzjonijiet Mgħaquda għall-isforzi biex jiġġieled il-ġuħ.

Il-Kumitat Norveġiż Nobel qal li l-WFP aġixxa bħala forza sabiex it-tbatija tal-ġuħ ma tintużax bħala arma waqt gwerra jew kunflitt.

Il-mija u wieħed rebbieħ tal-premju, b’umiltà qal illi dan il-premju huwa rikonoxximent tax-xogħol li jsir minn diversi persuni li jaħdmu qatiegħ filwaqt li jpoġġu lilhom innfushom f’periklu sbiex iwasslu l-ikel u assistenza lil 100 miljun persuna madwar id-dinja li qed ibatu l-ġuħ.

Din is-sena kien hemm madwar 211-il individwu u 107 organizzazzjonijiet li ġew innominati għall-premju daqstant prestiġġjuż. Bl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-attivista tal-klima Greta Thunberg kienu fost il-favoriti li jirbħu din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend