Owen Vella mill-Kalkara ġie illiberat minn kull akkuża li weġġa’ gravi lil st.
Vella kien akkużat li weġġa’ gravi lil Roddie Swinton Williams fl-aħħar ta’ Ottubru ta’ tliet snin ilu, hekk kif żammu mingħajr ir-rieda tiegħu.
Il-Pulizija qalet kif irċiviet informazzjoni li Williams kien involut f’argument, b’Williams kien imfittex mill-Pulizija hekk kif is-sieħba tiegħu, Nathalie Williams kienet nieqsa.
Malli daħlu l-Pulizija sabu lil raġel ta’ ġilda skura mal-art marbut, fejn hemmhekk ittieħed l-Għassa ta’ Bormla.
Vella qal lill-pulizija kif huwa kien għaddej miexi bil-kelb, fejn innota lil Williams u mar isaqsih fejn hi ommu u kien ġar tiegħu li għenu jżommu lil Williams.
Nathalie Williams instabet kważi mejta ġo għar viċin il-Forti Rinella.
Fix-xhieda tiegħu, Vella qal kif ommu kienet ilha nieqsa tlett ijiem u huwa qal kif issuspetta li kien Williams li jaf fejn kienet ommu għaliex fil-ġimgħa ta’ qabel kien ipprova jaħtaf lil ommu.