Notifiki

“It-tnaqqis fit-taxxa tal-boll ġab l-aqwa żmien għas-settur tal-propjetà mill-2017” – l-MDA f’laqgħa mal-PM

“L-Iskema tat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll kienet kruċjali sabiex is-settur ra l-ogħla numri ta’ konvenji sa mill-2017.” Hekk stqarr il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltija, l-MDA waqt laqgħa li kellha mal-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.

Huwa stqarr li bħala MDA qed iħarsu lejn din it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela bħala waħda li toffri tama kbira u waħda

Għaddielu studju li sar fl-2019 u riċerka oħra f’Mejju fl-eqqel tal-pandemija.

In-numru ta’ ħaddiema li jħaddem dan is-settur tela’ minn 43,000 għal 53,000.

Stqarr li l-MDA hija kommessa li l-industrija tkun iżjed regolarizzata iżda ix-xogħol qed isir.

L-istħarriġ waqt il-pandemija wera numru ta’ kuntratturi bdew jaħsbu sabiex ineħħu l-ħaddiema u oħrajn bagħtu lill-ħaddiema bil-leave. Madankollu l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll inkoraġixxiet tant id-domanda li dawn kienu l-aqwa 4 xhur mill-2017 s’issa. Talbu li din ukoll tkun imġedda.

L-Assoċjazzjoni ressqet ħmistax-il proposta iżda stqarr li bħala MDA jifhmu li hemm bżonn jidħlu wkoll il-flus fil-kaxxa ta’ Malta u dawn il-proposti jwasslu għal dan il-għan.

Fost il-proposti pproponew għotja sabiex wieħed jiffaċilita u jinċentiva xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fid-djar.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif l-MDA jidher li qed tara l-affarijiet b’mod ħolistiku.

Spjega kif f’dan iż-żmien dan is-settur offra serħan il-moħħ u stabbiltà. Hawnhekk innota kif l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa fuq il-bejgħ tal-propjetà li tant ħalliet frott ġiet introdotta wara li l-Gvern sema l-ideat tal-MDA.

Aqra wkoll:

Il-GWU f’laqgħa mal-Prim Ministru b’rabta mal-budget għas-sena d-dieħla

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend