Imħabbra regolamenti ġodda rigward il-kiri ta’ vetturi – One News

Notifiki

Imħabbra regolamenti ġodda rigward il-kiri ta’ vetturi

Il-Ministru għat-trasport Ian Borg flimkien mat-Transport Malta ħabbru regolamenti ġodda fil-qasam tal-kiri ta’ vetturi, kif ukoll għall-vetturi żgħar. Apparti li jtaffu l-impatt negattiv fuq l-ambjent, dawn il-miżuri mistennija jżidu s-serjetà tal-operaturi stabbiliti, kif ukoll jagħtu l-għajnuna lil dawk l-operaturi żgħar.

Fost dawn ir-reviżjonijiet fir-regolamenti, l-operaturi kollha li joffru l-karozzi għall-kiri huma mistennija li jagħmlu użu minn flotta ta’ karozzi iktar ġdida u b’hekk jonqsu l-emissjonijiet mill-istess flotta.

Apparti minn hekk, se jiddaħlu regolamenti ġodda fil-qasam ta’ bbukjar ta’ karozzi b’mod diġitali u dawn mistennija jżidu r-responsabbiltà fuq l-operaturi tal-istess servizz.

Il-Ministru Borg spjega kif dawn ir-regolamenti huma riżultat ta’ żmien twil ta’ konsultazzjoni pubblika u mistennija jkunu kompletament effettivi sa sentejn oħra. Dan sabiex ikun hemm tranżizzjoni gradwali u l-operaturi jkollhom ċans jaddattaw ruħhom mar-regolamenti.

Huwa qal: “Dawn ir-regolamenti se jkunu jfissru li qegħdin nissimplifikaw iżjed u nieħdu fil-kunsiderazzjoni: l-ewwel nett is-sigurtà tal-passiġġiera u l-klienti li jieħdu servizz tat-trasport bix-xufier. U anke l-fatt li qed naraw li jkollna iżjed operaturi  fis-suq.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend