Id-dislessija hija ħila u mhux barrikata – One News

Notifiki

Id-dislessija hija ħila u mhux barrikata

Fil-ġimgħa ddedikata għad-dislessija nixtieq naqsam l-esperjenza personali tiegħi. Is-sena l-oħra, propju f’Novembru, jien ikkonfermajt dak li kont ilni naħseb dwari: li jien dyslexic.

Sa minn mindu kont studenta fil-primarja kont inħossni li jien nitgħallem b’mod differenti mill-mod kif kont niġi mgħallma fil-klassi. Sa minn meta bdejt nagħmel l-eżamijiet, jien dejjem kont studenta b’marki medji: il-marki tiegħi qatt ma kienu ħżiena (ġieli weħilt minn xi eżami) iżda lanqas kienu tajbin li jaqbżu l-85 (hemm każijiet rari fejn ġieli ġibt marka ogħla wkoll).

Kont nagħmel ħilti kollha biex anke fil-klassi nipparteċipa… on paper kont ‘normali’, iżda dan għaliex jien kont nagħmel sforzi kbar biex nagħti xogħol, li studenti l-oħra kienu jagħmlu mingħajr problema. Propjament tgħallimt naħbi l-isfida tiegħi, u meta ma kienx jirnexxieli nagħmel dan, kont nidher li jien għażżiena jew saħansitra supperva u li ma rridx nitgħallem.

Ikkumbattejt u webbist rasi għax għedt li jien irrid inkun bħal ħaddieħor f’sistema edukattiva ta’ one size fits all…tant li komplejt bl-istudji tiegħi sa livell maġisteru bit-tir li anke nġib dottorat. IŻDA, it-triq ma kinitx faċli, u nemmen li sal-ġurnata tal-lum għad m’hawnx biżżejjed għarfien dwar id-dislessija, tant li nies bħali jiġu ttimbrati injoranti. Le, mhux il-każ. Pjuttost nista’ ngħid li fl-IQ test tiegħi skorjajt above average. Kien ir-riżultati li ġibt f’dan it-test li kkonferma dak li ilni snin naħseb li jien. Il-ftit nies li kont għedt bir-riżultat kellhom kelma waħda: taqtax qalbek. It-tweġiba tiegħi kienet waħda “dan ir-riżultat fl-aħħar qed jagħtini identità”.

Iva, id-dislessija għalija hija identità; fejn qabel kont nistħi ngħid li jien għandi din il-kundizzjoni, llum b’wiċċi minn quddiem qed nippubblika l-istorja tiegħi. Nixtieq li nqajjem aktar għarfien dwar l-ispettri tad-dislessija, fejn l-ebda barrikata mhi impossibbli li tingħeleb. Biss irridu nifhmu li hawn aktar minn metodu wieħed kif persuna tista’ titgħallem, l-edukazzjoni m’għandiex tkun bħal conveyor belt ġo fabbrika mimli studenti biex nipproduċu prodott, imma hija triq fejn persuna tiżviluppa l-għarfien tagħha matul iż-żmien, żmien li ma jintemm qatt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend