31 persuna oħra jfiqu mill-Covid-19 u jfeġġu 75 każ – One News

Notifiki

31 persuna oħra jfiqu mill-Covid-19 u jfeġġu 75 każ

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 31 persuna oħra mill-Covid-19 f’Malta u feġġew 75 każ minn fost 2,732 testijiet li saru. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, waqt li kienet qed tagħti rendikont tas-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta.

Dwar id-djar tal-anzjani, il-Professur Gauci qalet li mal-ewwel saret ħidma biex is-sitwazzjoni tkun ikkontrollata fosthom bl-ittestjar tar-residenti u l-ħaddiema. Fil-fatt, issa n-numru ta’ każijiet qed jonqos u s-sitwazzjoni qed tiġi kkontrollata. Hija appellat xorta biex il-miżuri jibqgħu hemm minħabba li l-anzjani huma fost l-aktar vulnerabbli għal dan il-virus.

Spjegat kif saru wkoll 177 test fl-ajruport u nstabu sitt każijiet pożittivi, il-maġġoranza tagħhom minn Franza. B’kollox, l-awtoritajiet qabdu 24 każ b’kollox mindu bdew isiru testijiet fl-ajruport.

Dwar l-influwenza, li mistennija tibda tiżdied, il-Professur Gauci appellat biex la darba hemm tilqima sigura disponibbli, din tittieħed minn kulħadd.

Spjegat ukoll x’ħidma qed issir mill-awtoritajiet biex, la darba jiżdiedu s-sintomi tal-influwenza, li jixbħu ħafna lil dawk tal-Covid-19, l-awtoritajiet ikollhom biżżejjed riżorsi biex jagħtu servizz xieraq lil kull min jitolbu.

Prof. Gauci stqarret: “Aħna ħdimna wkoll fuq protokolli mat-tobba tal-familja u mal-pedjatri biex la darba jidħol l-istaġun tal-influwenza u tal-irjiħat, biex naraw meta l-aħjar u f’liema sitwazzjonijiet it-tfal għandhom jiġu riferuti biex jieħdu l-iswab.”

OFFICIAL COVID-19 figures for 09•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Geplaatst door saħħa op Vrijdag 9 oktober 2020

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend