John Mifsud, Noel Borg u Leanne Chalbi ġew ikundannati 23 sena ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li daħlu fi stalla fejn jgħixu xi immigranti u serqu lil wieħed minnhom.
Il-każ imur lura għal Novembru ta’ sentejn ilu fi Triq l-Istalel il-Marsa, meta dawn ġew mixlija li serqu bagalja €4,000.
Iż-żewġt irġiel ġew akkużati li kkaġunawlu xi ġrieħi.
Il-Qorti kkundannat lil Mifsud għal 10 snin ħabs, lil Borg għal 7 snin ħabs u Chalbi 6 snin ħabs.