Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’ħabta ma’ karozza – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’ħabta ma’ karozza

Raġel ta’ 40 sena mill-Bulgarija li joqgħod il-Marsa sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bejn mutur u karozza fil-Gżira.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fl-inħawi ta’ Manoel Island.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-ħabta seħħet bejn karozza tat-tip Seat Ateca li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena minn San Ġwann u mutur tat-tip WW125A li kien qed jinstaq mir-raġel Bulgaru.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq talmutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend