ONE jikseb udjenza t-tripplu tan-NET u ONE Radio kkonfermat l-aktar stazzjon tar-radju popolari – One News

Notifiki

ONE jikseb udjenza t-tripplu tan-NET u ONE Radio kkonfermat l-aktar stazzjon tar-radju popolari

Skont stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir għax-xahar ta’ Lulju, l-istazzjon ONE kien l-aktar stazzjon privat popolari filwaqt li ONE Radio huwa l-aktar stazzjon tar-radju popolari fost l-istazzjonijiet tar-radju kollha li jxandru f’pajjiżna.

Fil-fatt l-istazzjon ONE kiseb kważi 19% tal-udjenza filwaqt li NET TV kiseb ftit inqas minn 7%.

Dan ifisser li l-udjenzi ta’ ONE kienu t-tripplu ta’ dak li kellu n-NET.

Meta wieħed iħares lejn kemm it-telespettaturi jdumu isegwu stazzjon televiżiv, ONE jiġi fit-tieni post fost l-istazzjonijiet kollha u jqarreb ferm viċin l-istazzjon nazzjonali.

Fil-fatt filwaqt li l-istazzjon nazzjonali jikseb 22%, ONE jiġi warajh eżatt bi kważi biss tlieta fil-mija inqas, jiġifieri 18.6%.

F’din il-parti tal-istudju, in-NET iġib erba’ darbiet inqas mill-ONE.

Imbagħad, skont l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir għax-xahar ta’ Lulju, ONE Radio kiseb kważi 23% tas-semmiegħa filwaqt li warajh ġie Calypso Radio (19.1%) u Bay Radio (16.6%).

NET FM kiseb 5.2% li jfisser kważi ħames darbiet inqas mis-semmiegħa ta’ ONE Radio.

L-aħbarijiet kienu l-aktar li segwew in-nies fuq l-istazzjonijiet, segwiti minn produzzjonijiet tad-drama.

F’Lulju, in-nies qattgħu kważi medja ta’ żewġ minuti u nofs inqas quddiem it-televiżjoni meta mqabbel mal-istħarriġ ta’ qabel, li sar għax-xahar ta’ Marzu.

Iżda f’Lulju li għadda n-nies qagħdu medja ta’ tliet minuti aktar quddiem is-sett tat-televiżjoni jsegwu l-istazzjonijiet, meta mqabbel ma’ Lulju tas-sena l-oħra.

ARA WKOLL:

F’jum partikolari ONE News huwa segwit seba’ darbiet iktar minn NET News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend