Imħabbra l-iskwadra finali ta’ Malta għaż-żewġ logħbiet li ġejjin – One News

Notifiki

Imħabbra l-iskwadra finali ta’ Malta għaż-żewġ logħbiet li ġejjin

Il-kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Devis Mangia għażel l-iskwadra finali tiegħu għaż-żewġ partiti li ġejin kontra Andorra u l-Latvja, żewġ logħbiet validi minn Grupp D1 tal-UEFA Nations League.

L-attakant ta’ Valletta FC Kyrian Nwoko li weġġa fir-rebħa tal-bieraħ kontra Ġibilta mhux ser ikun qed jivjaġa mal-iskwadra. Anke Joseph Muscatt tal-klab Ġermaniż SC Paderborn u d-difensur ta’ Hibernians FC Ferdinando Apap tħallew barra mill-għażla finali.

Matthew Guillaumier mhux ser ikun għad-diżpożizzjoni tal-kowċ Taljan għal partita tas-Sibt kontra Andorra minħabba li ser ikun sospiż pero huwa eleġibli li jilgħab fil-partita tat-Tlieta kontra l-Latvja.

L-iskwadra finali hija din:-

GOALKEEPERS

Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers).

DIFENSURI

Andrei Agius (Hibernians); Samir Arab (Balzan); Steve Borg (Gżira United); Triston Caruana (Valletta); Zach Muscat (Casa Pia AC – Portugal); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers).

MIDFIELDERS

Cain Attard (Birkirkara); Myles Beerman (Sliema Wanderers); Ryan Camenzuli (Floriana); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Steven Pisani (Balzan); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belgium).

ATTAKANTI

Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Colchester United – England); Jake Grech (Hibernians); Paul Mbong (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara).

Ritratt: MFA / Domenic Aquilina

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend