Il-PM iżur l-uffiċini tal-MITA li kellhom żieda ta’ faċilitajiet b’investiment ta’ €1 miljun – One News

Notifiki

Il-PM iżur l-uffiċini tal-MITA li kellhom żieda ta’ faċilitajiet b’investiment ta’ €1 miljun

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Finanzi  Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari​ għall-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo, żar l-uffiċini tal-Awtorità għat-Teknoloġija u l-Informatika, il-MITA li għadhom kemm saħħew il-faċilitajiet tagħhom b’investiment ta’ madwar miljun ewro.

Waqt iż-żjara tiegħu il-Prim Ministru nnota kif il-MITA żiedet il-faċilitajiet tagħha bi spazju modern għall-moniteraġġ u ħarsien kontinwu tas-sigurtà tal-infrastruttura diġitali tal-gvern, kif ukoll il-ħarsien tad-data.

Dan il-proġett sar f’madwar disa’ xhur skont l-aqwa livelli stabbiliti fl-industrija u saħħaħ l-operat tas-sigurtà diġitali fil-MITA biex b’hekk tiġi assigurata l-aqwa protezzjoni għas-sistemi informatici tal-Gvern.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MITA Tony Sultana rrikonoxxa li l-investiment dirett f’dawn il-faċilitajiet ifisser li l-infrastruttura diġitali tal-Gvern qiegħda tipproteġi lin-nazzjon tagħha minn kull forma ta’ attakki virtwali.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li jinsab sodisfatt bil-livell ta’ professjonalità li l-MITA topera bih filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo qal li l-ftuħ taċ-ċentru għas-sigurtà virtwali jimmarka pass ieħor importanti fil-viżjoni tal-Gvern fil-qasam diġitali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend