Il-kandidati għal Viċi President fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana, Mike Pence u Kamala Harris illetikaw bil-kbir meta waslu għas-suġġett tal-pandemija tal-Coronavirus waqt dibattitu televiżiv l-Erbgħa filgħaxija.
Harris irreferiet għal President Amerikan Donald Trump bħala l-ikbar falliment fl-istorja tal-pajjiż. Dan filwaqt li akkużatu għal mod kif aġixxa fid-dawl tal-imxija.
Pence qal li l-pjan tal-pandemija li ppropona Joe Biden kien totalment ikkupjat mill-pjan kurrenti li qed timplimenta l-White House.
Intant bosta qalu li minkejja li bdew jinterrompu lil xulxin diversi drabi dan id-dibattitu kien wieħed aktar ċivili meta kkumparat mad-dibattitu li seħħ il-ġimgħa li għaddiet bejn Joe Biden u Donald Trump.